Ir-raġuni li ma ttiħditx azzjoni fil-konfront tal-PBS wara li l-PN ngħata raġun fuq rapurtaġġ hi li l-Prim Ministru Robert Abela għamel U-Turn u ordna li ssir inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. L-Awtorità tax-xandir infurmat lill-PBS li kien naqas milli jxandar l-avvenimenti li seħħew fil-Parlament u barra l-Parlament dak inhar li l-Partit Laburista fit-12 ta’ Lulju, iżda dan kien sempliċiment referenza futura biex l-istazzjoni nazzjonali ma jirreppetix dan l-aġir.
Din kienet ix-xhieda ta’ Frank V. Farrugia, Chairman tal-Awtorità tax-Xandir quddiem l-Imħallef Wenzu Mintoff li beda jisma’ x-xhieda fil-kawża kostituzzjonali li fetaħ il-Partit Nazzjonalista kontra l-Awtorità tax-Xandir u l-PBS fejn qed jgħid li minkejja li ngħata raġun, il-PBS naqas milli jagħti rimedju lill-istess PN għax ix-xandir nazzjonali baqa’ ma għamel xejn u njora d-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir, li minn naħa tagħha baqgħet ċassa dwar dan kollu.
Dikjarazzjoni oħra ta’ ċerta portata f’din il-kawża saret ukoll mix-xhud Joseph Sammut, il-Kap tal-Bord Editorjali tal-PBS li qal fil-Qorti li qal li huma qablu mal-pożizzjoni taċ-Chief Editor tal-PBS, Chares Dalli eks ħaddiem tal-midja tal-Partit Laburista One Productions Ltd, li ma tittieħed l-ebda azzjoni u li ddeċidew li jibqgħu passivi dwar id-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir.
Frank Farrugia ġie mistoqsi għadda ta’ domandi mill-Avukat Paul Borg Olivier f’isem il-PN fosthom fuq aħbarijiet li m’għandhomx ikunu mistura għat-telespettatur, li għandu dritt għall-informazzjoni sħiħa kif tgħid il-liġi, u li dak li ġara fil-parmalemt kienu avveninenti li huma mistennija li jiġu mhux biss irrappurtati iżda anke li jixxandar il-viżwal.
L-Avukat staqsa x inhuwa r-rimedju mill-persuna jew partit politiku li jingħata meta jagħmel l-ilment jekk kienx hemm rimedju jew le. “Hemm miżenterpretazzjoni meta l-Awtorità tagħati riemdju. F’dan il-każ ġie ordnat li dawn l-avvemiment għandhom jiġu rappurtati jekk jinqala’ lment ieħor,tali rimedju jkun għall-rapurtaġġi simili futuri, u li dawn għandhom ikunu rapurtati,” qal ix-xhud.
Ix-xhud qal li minn mindu nstema’ l-każ sakemm ittieħdet id-deżiżjoni, għadda perjodu ta’ żmien. Tenna li dak li ġara seħħ l-Erbgħa 12 ta’ Lulju, l-PN ħa tliet ijiem biex għamel l-ilment, mal-PBS.
Tenna li l-Bord kellu jisma erba’ każijiet oħra mressqa mill-PN u peress li għadda ż-żmien u l-Prim Ministru għamel U-Turn, l-aħbar naqset mill-valur. Tenna li hu pprova jlaqqa’ l-Bord b’urġenza, iżda tnejn mill-membri kienu msifrin.
Tenna wkoll li lment ieħor tal-PN milqugħ kien dwar il-konferenza stampa tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fl-istess avveniment u qal li l-PBS xandar dak li seħħ fil-Parlament imma mhux dak li seħħ barra kif ġie irrapportat fuq il-media soċjali.
Tenna li ma kienx jagħmel sens li tali filmati jiġu mxandra 10 t’ijiem wara, u reġa’ tenna li dan naqqas ukoll mill-valur minħabba l-U-Turn ta’ Robert Abela. Hawn l-Imħallef Mintoff ġibed l-attenzjoni tax-xhud li ma jidhirx li l-Bord semma’ l-fatt li nġibdet l-attenzjoni lill-PBS li din kienet deċiżjoni għal futur, imma x-xhud qal li hekk kien il-qbil.
Farrugia qal ukoll li ssemma’ wkoll il-fatt li l-filmat ma xxandarx biex ma joħloqx agħa pubbliku u dan għax il-viżiv seta’ ħoloq problemi għat-telespettaturi. Tenna li d-deċiżjoni li ħadet l-awtorità li ddeċidiet favur il-PN ma ġietx rappurtata fuq in-NET.
Ix-xhud qal li din ma kinitx l-ewwel darba li l-Awtorità tagħat deċiżjoni favur xi ħadd, anke individwu imma ma tesiġiex li jingħata rimedju, u dan dejjem skont il-liġi. L-Avukat Borg Olivier semma wkoll l-ilment ta’ Ħondoq ir-Rummien magħmul mill-PN, li ġara l-istess, bix-xhud jonqos milli jwieġeb.
Joseph Sammut, il-Kap tal-Bord Editorjali tal-PBS qal minn naħa tiegħu li filwaqt li kienu jafu li anke kien ġie preżentat protest u anke l-kawża minn naħa tal-PN, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Awtorità tax-Xandir, minkejja li huma ma jindaħlux lill-Bord Editorjali, imma jevalwaw xi nuqqasijiet, żammew mad-deċiżjoni ta’ Dalli fuq l-avvenimenti li seħħew fil-Parlament u barra.
Joe Sammut qal li l-Bord editorjali mhux parti mill-newsroom u li ma jidħolx fid-day to day running tal-aħbarijet, Madankollu jekk jaraw li xi ħaġa mhux sew jidħol. Meta jkun hemm kwistjoni ta’ imparzjalita jidħol ukoll.
“Appoġġajna d-deċiżjoni tal-editur fuq il-filmati.Tenna li l-filmati bdew bis-seduta tal-parlament li ġew rappurati bil-mozzjoni tal-PN bies issir inkjesta pubblika li m’għaddietx u ġie rrappotat li kien hemm kommissjoni. Qal li ġie rappurtat ukoll l-appella li għamlet omm Jean Paul Sofia u ma ridniex niksru ir-regoli tal-parlament” qal ix-xhud.
Dwar dak li seħħ barra l-parlament qal li jidhirlu li hemm ma kien x hemm camers. Tenna li huma ħadu nota tad-deċiżjoni tal-Awtorità u kull ma għamlu kien li rawha u apprezzawha. Xehdet ukoll l-eks Editur tal-PBS Norma Saliba li qalet li dak inhar inzertat bil-leave. Allura ma kellha x’taqsam xejn mad-deċiżjonijiet li ttieħdu.
Tenniet li xogħlha kien id-day to day duties tal-PBS u li meta tkun bil-leave tinforma lil ta’ fuqha, lil Dalli, l-editor in chief lilu tinforma. Meta kienet tkun xogħol kienet itkellem miegħu.
Xehdet ukoll is-CEO tal-Awtorità tax-Xandir Dr. Joanna Spiteri li qalet li taf fuq l-ilment tal-PN imma hi ma tagħmilx parti minnu, iżda biss tkun preżenti għas-smigħ u li lanqas tkun preżenti għad-deċiżjoni u kkonfermat li l-PN ingħata raġun imma mhux rimedju mmedjat.
L-ewwel xhud kien l-Avukat Peter Fenech, wieħed mill-membri tal-Bord fl-Awtorità tax-Xandir li xehed kif jaħdem il-Bord u jasal għad-deċiżjoni. Tenna li fil-Bord qegħdin erba’ flimkien maċ-Chairman u meta r-riżultat ta’ deċiżjoni jkun dak ta’ 2-2, id-deċiżjoni taqa’ f’ħoġor iċ-Chairman.
Il-vot huwa wieħed miftuħ u mhux sigriet. Meta jkun hemm qbil jew maġġoranza ta’ 3-1 iċ-chairman jimxi mad-deċiżjoni. Is-smigħ tal-awtorità hjima pubbliċi u ġieli fil-preżenza ta’ ġurnalisti u ndividwi.
L-Avukati Paul Borg Olivier u Francis Zammit Dimech qed jassistu lill-PN. Il-Professur Ian Refalo u l-avukat Mark Refalo qed jassisti lill-Awtorità tax-Xandir filwaqt li l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo qed jidhru għall-PBS.
Sentenza simili mogħtija f’Awwissu tas-sena l-oħra kienet laqgħet it-talba tal-Partit Nazzjonalista u ddikjarat li l-Awtorità tax-Xandir naqset milli tassikura li tinżamm imparzjalità dwar ħwejjeġ ta’ kontroversja politika. Il-każ ikompli fid-9 ta’ Ottubru li ġej fl-10am.
//= $special ?>