Ma jħossux kunfidenti biżżejjed biex jgħid jekk il-pożizzjoni tiegħu hux tenibbli jew le
Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi fl-ebda mument ma ċaħad kienx hemm xi forma jew oħra ta’ indħil jew interess politiku fl-OHSA bħal ma stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol Mark Gauci.
Dan hekk kif mal-media, Gauci sostna li dejjem inżammu mingħajr riżorsi għaliex il-politiċi beżgħu li l-OHSA se toħnoq l-ekonomija.
Għaldaqstant it-Tnejn waranofsinhar il-ġurnalisti staqsew lil Zrinzo Azzopardi dwar dan….bil-Ministru jaħrab mid-domanda għal tliet darbiet.
Net News staqsa lill-Ministru jekk hux minnu li fil-bidu tat-tmexxija tiegħu f’dan id-dekasteru kienx irrifjuta li jagħmel konsultazzjoni pubblika u jżid il-ħaddiema lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – tant li fix-xhieda tieghu fil-Qorti l-eks Kap Eżekuttiv tal-BCA Karl Azzopardi saħaq li kellu jirriżenja……bil-Ministru jogħġbu ma jidħolx fil-mertu għalfejn Azzopardi kien telaq.
Dan filwaqt li staqsejnih x’kien jivvota fil-parlament kienu inghata free vote b’rabta mal-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia…u anke hawnhekk għoġbu jaħrab milli jwieġeb.
Inevitabbilment għal darba darbtejn staqsejnih jekk, wara dak kollu li ħiereġ mill-Qorti, jaħsibx li l-pożizzjoni tiegħu għadhiex tenibbli ….bil-Ministru jinsisti li għaddejjin riformi.
Riformi u tibdil li skont xhieda fil-Qorti waqt l-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia jidher li ġew xprunati minn appell ta’ omm mnikkta, u minn diżgrazzja li sfortunatament setgħet tiġi evitata faċilment la darba min huwa responsabbli mexa mingħajr tkaxkir tas-saqajn.
//= $special ?>