Il-partita mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Olanda li l-Ħadd li għadda kienet abbandunata bejn Ajax u Feyenoord se tkun qed titkompla nhar l-Erbgħa iżda mingħajr partitarji.
Dan kien konfermat mill-Federazzjoni tal-Futbol tal-Olanda wara li fil-partita li kienet qed tintlagħab nhar il-Ħadd fis-56 minuta fil-Johann Cruyff Arena, il-partitarji ta’ Ajax tefgħu flares fil-grawnd bil-partita kellha tiġi abbandunata.
Seħħew ukoll inċidenti fis-settur fejn kien hemm partitarji ta’ Feyenoord kif ukoll fl-istruttura tal-Istadium u fiż-żona tal-madwar. Sal-mumenti meta nqalgħu l-inċidenti, Feyenoord kienu qed jirbħu 3-0 bil-gowls skorjati fl-ewwel taqsima, tnejn minn Santiago Gimenez u gowl minn Igor Paixao.
Riżultat ta’ dan, il-partita li Ajax kienu se jilagħbu kontra FC Volendam ġiet posposta.
Fil-klassifika Feyenoord jinsabu fir-raba’ post bi 11-il punt minn ħames partiti filwaqt li Ajax wara erba’ partiti li minnhom kisbu biss ħames punti jinsabu fl-14-il post.
//= $special ?>