Kmieni dalgħodu, il-media Taljana kkonfermat il-mewt ta’ Matteo Messina Denaro. Hu kien meqjus bħala wieħed mill-aktar mafjużi perikolużi.
Denaro, li kellu 62 sena, miet fi sptar fl-Aquila.
Hu kien inqabad mill-Pulizija f’Jannar li għadda wara 30 sena maħrub.
Matteo Messina Denaro kien wieħed mill-kapijiet ta’ Cosa Nostra, u ġie arrestat mill-Pulizija fi Sqallija wara li inqabad minn cameras tas-sigurtà.
Denaro, li kien minn Trapani, kien inqabad fi klinika privata f’Palermo fejn kien ilu 12-il xahar jieħu kimoterapija. Miegħu arrestat ukoll Giovanni Luppino li kien ix-xufier illi akkumpanjah fil-klinika.
//= $special ?>