€1,451,867 – Din kienet is-somma finali miġbura waqt il-maratona organizzata minn ALS Malta li ttellgħet tul il-jum tal-Ħadd.
“Il-Mirakli Jsiru” kienet it-tema ta’ din il-maratona li bdiet f’nofsinhar u ġiet fi tmiemha f’nofsillejl. L-għan tagħha kien sabiex jinġabru fondi bil-għan li tinbena DAR Bjorn Respite sabiex tilqa’ fiha persuni li għandhom mard newroloġiku.
Fil-maratona ntwerew diversi features u testimonjanzi ta’ persuni li ghandhom il-kundizzjoni tal-ALS…u s-sitwazzjoni li dawn jaffaċċjaw ta’ kuljum.
Id-djar li waqqaf Bjorn Formosa joffru servizzi bla ħlas għal dawk kollha li jkollhom bżonn il-kura. Bjorn minn naha tieghu dejjem appella lill-pubbliku sabiex jaghti l-kontribut ħalli hu jkun jista’ jaghti appoġġ lil aktar persuni li jbatu bl-ALS.
Għaldaqstant, bis-saħħa ta’ dawn il-maratoni li torganizza din l-għaqda aktar kmieni din is-sena ġiet inawgurata DAR Bjorn f’Ħaż Żebbuġ; proġett li rrikjeda seba snin ta’ ħidma bla waqfien. Minn fabbrika abbandunata dan il-post inbidel f’dar mill-isbaħ b’ħames sulari – bi spazji kbar għar-residenti u dawl naturali kullimkien.
//= $special ?>