Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-Kemmun mitħun (Ground Cumin) tad-ditta Intertropico m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Pyrrolizine alkaloids.
Bosta minn dawn is-sustanzi huma magħrufa li huma tossiċi għall-bnedmin u l-annimali.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 am sas-2:30 pm ta’ jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt.