Il-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jissaħħaħ u jinvesti aktar fir-riżorsi tiegħu. Dan sabiex ikompi jagħti l-aħjar lill-Maltin u Għawdxin kollha – politika li fiċ-ċentru tagħha hemm il-bniedem.
B’dan il-ħsieb, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino, spjega kif il-Ħadd li ġej, il-poplu qed jintalab ikun ġeneruż mal-Partit Nazzjonalista bil-għan li jkompli jiġġieled għad-demokrazija, għal-libertà ħielsa u għall-ġustizzja – u aktar minn hekk, ikompli joffri politika għal ħajja aħjar f’pajjiżna.
Il-maratona bit-tema ‘Ħajja Aħjar f’Pajjiżna’ se tittella’ bejn is-2pm u l-11pm – bis-sehem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kif ukoll il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Michael Piccinino spjegalna kif għal kuntlarju tal-Gvern imexxi minn Robert Abela, il-Partit Nazzjonalista dejjem kien iffukat fuq il-vera sfidi li għandu dan il-pajjiż; u l-PN biss jista’ joffri tmexxija ġusta fejn kulħadd jgħix ħajja li tixraqlu.
Il-linji tat-telefon u tal-SMSs marbutin ma’ din il-maratona diġà huma miftuħa; u wieħed jista’ minn issa jagħti d-donazzjoni tiegħu.
Intant…waqt din il-maratona, wieħed ser ikun jista’ jżur id-Dar Ċentrali u jara l-wirja kollettiva bl-isem Rottarti – esebizzjoni li tiġbor diversi biċċiet artistiċi li jinkludu, pittura, ċeramika, skultura ta’ injam, lavur u fotografija.
//= $special ?>