Raġel ta’ 45 sena residenti l-Mellieħa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 am fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>