Lokali Mużika

Eliana Gomez Blanco tiżvela l-pjanijiet tagħha għall-futur

Ir-rebbieħa tal-KK1 2023 Eliana Gomez Blanco tkellmet ma’ Net News dwar l-esperjenza unika li kellha f’dan il-festival

Is-success tal-kanzunetta ‘Kannizzatta’ fisser esperjenza unika għall-kantanta Eliana Gomez Blanco, li rebħet il-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta’ din is-sena.

Fis-serata finali li saret il-Ġimgħa, Eliana Gomez Blanco rebħet ukoll il-premju tat-televoting b’total ta’ 89 punt; suċċess li ma’ Net News fissritu f’dan il-mod.

‘Kannizzata’ kellha messaġġ partikolari, bi kliem u mużika ta’ Ray Agius u Alfred C. Sant.

Ma’ dan l-istazzjon, il-kantanta żagħżugħa qasmet magħna ix-xewqat tagħha għall-futur biex tibqa’ tavvanza f’din il-karriera.

Fit-tieni post tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza klassifika Ishmael Grech bil-kanzunetta ‘Tfajjel Ruxxan’ – kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u kliem ta’ Emil Calleja Bayliss.

Francesca Sciberras klassifikat fit-tielet post bil-kanzunetta ”Benninni’ – kompożizzjoni ta’ Gilbert ‘il-bibi’ Camilleri u kliem ta’ Emil Calleja Bayliss.

Il-kanzunetti kollha kienu oriġinali, u kantati bil-Malti.