L-attriċi veterana Sophia Loren – is-simbolu taċ-ċinema Taljana – kellha tgħaddi minn kirurġija ta’ emerġenza wara li waqgħet fil-kamra tal-banju tad-dar tagħha fl-Iżvizzera,
Loren, rebbieħa tal-Oscar u li għandha 89 sena, sofriet diversi ksur dovuti għall-waqgħa iżda t-tobba operawha b’suċċess u qed jinsistu biex hi titħalla tistrieħ għal perjodu ta’ żmien adekwat.
Sophia Loren – imwielda lil familja fqira f’Napli — hi fost l-aktar attriċi famużi fid-dinja u hi magħrufa anki fost il-ġenerazzjonijiet tallum li jqisuha bħala ikona għal kull żmien. Fost il-films famużi tagħha hemm Two Women, Marriage Italian Style, Sunflower, The Voyage u A Special Day.
//= $special ?>