Hekk kif fl-aħħar xhur kompliet tikber il-kriżi fl-Isptar Mater Dei b’pazjenti fil-kurituri, load kbira ta’ xogħol fuq it-tobba u l-infermiera kif ukoll pressjoni kbira li nħolqot fuq l-Emerġenza – il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qed jghid illi “mhux sorpriż” illi qed jingħad li f’Mater Dei hemm il-problemi; sitwazzjoni li qed tiggrava minħabba n-nuqqas ta’ investiment, u l-managment ħażin mit-tmexxija tal-isptar.
Fil-fatt, aktar ma jgħaddu x-xhur aktar qed kompliet tiżdied il-frustrazzjoni fin-nies li jkollhom bżonn is-servizzi ta’ Mater Dei; bis-settur tas-saħħa jispiċċa għarkubbtejn kaġun tal-mudell ekonomiku li ħaddem il-Gvern ta’ Robert Abela u li wassal għal splużjoni fil-popolazzjoni.
Iżda meta affaċċjat bid-domandi ta’ Net News, Chris Fearne fl-ebda ħin ma deher sorpriż li hemm din il-kriżi fis-servizzi tas-saħħa.
Fl-aħħar xhur, fid-Dipartiment tal-Emerġenza bdiet tinħass pressjoni kbira fejn it-tobba u l-infermiera mhux qed ilaħħqu mal-ammont ta’ pazjenti li qed jiddaħħlu l-isptar. Iżda din is-sitwazzjoni żgur se tkompli sejra għal tal-anqas disa’ xhur oħra… kif ikkonfermalna Chris Fearne innifsu. Għaliex qed jgħid li s-soluzzjoni se tkun preżentata is-sena d-dieħla.
Il-Ministru Chris Fearne kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ħabbar li l-Continuous Glucose Monitor se tiġi estiża għal dawk il-persuni li jbatu mid-dijabete Tip 1 sal-età ta’ 35 sena – xi ħaġa li ilha snin imwiegħda.
//= $special ?>