Sport Sport Ieħor

Esebizzjoni fil-Parlament biex tfakkar il-5 anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Paralimpiku Malti

Biex jitfakkar il-ħames Anniversarju mill-bidu uffiċjali tal-Kumitat Paralimpiku Malti, fil-Parlament kienet inawgurata esibizzjoni li tfakkar il-progress milħuq mill-Kumitat Paralimpiku mill-2018 u wisq aktar kif studenti qed iħarsu u l-impatt tagħhom fl-isport paralimpiku.

L-esibizzjoni kienet inawgurata mill-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia fil-preżenza tal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, il-kelliem għall-isport għal Partit Nazzjonalista Graham Bencini, il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-Inklużjoni u l-Volontarjat l-Onorevoli Graziella Galea kif wkoll il-Ministru Julia Farrugia. Preżenti, uffiċjali mill-KPM fosthom il-President Il-Prof. Joseph Grima, l-għawwiema Maya Theuma membru fl-Eżekuttiv KPM, atleti paralimpiċi li rrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali fosthom atleti tal-passat kif wkoll dawk attivi f’bosta dixxiplini.

Waqt l-istess attività tqassmu certifikati u rikonoxximenti lil dawk l-iskejjel u studenti li ppartecipaw fil-kompetizzjoni b’rabta mal-impatt tal-isport paralimpiku fost l-istess studenti.