Wara telfa ta’ 3-2 kontra Atletico FC, il-President ta’ Tigres FC, tim fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż, inqatel bi sparaturi maġemb l-istadium Metropolitano de Techo f’Bogota.
Paez, li kellu 63 sena, kien fi triqtu lejn id-dar ma’ bintu meta allegatament żewġ persuni fuq mutur sparaw u laqtu lil Paez li miet fil-post. Fortunatament it-tifla tiegħu ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-Assoċjazzjoni tal-Futbol fil-pajjiż ħabbret li għaż-żewġ logħbiet li ġejjin fid-diviżjonijiet kollha se tinżamm minuta silenzju għall-memorja ta’ Edgar Paez.
//= $special ?>