Ambjent Lokali

RITRATT: Provi li jikkonfermaw kif qed jitħallat l-iskart

Ritratt meħud it-Tnejn filgħaxija għall-ħabta tas-6:45pm juri kif trakk ta’ Clean Malta mimli sa ruħ ommu ġabar numru kbir ta’ boroż tal-iskart minn lokalitajiet differenti – skart illi tħallat f’daqqa sabiex il-Gvern juri li l-boroż qed jinġabru.

B’dan il-mod jidher li qed isir ksur tal-liġi minħabba li qed jitħallat l-iskart li suppost ikun separat, bħall-organiku u dak reċiklabli, kif ukoll qed jinġabar skart li mhux skont l-iskeda.

Esperti fis-settur qalulna li huwa importanti li dawn il-boroż jinħabru; iżda żgur mhux b’dan il-mod – għaliex qed iżżid il-possibbiltà ta’ abbużi. Dan apparti li b’hekk qed jinħolqu aktar problemi, u l-mentalita’ ta’ “xejn mhu xejn” issa qed tidħol anke’ fis-sistema’ tal-imaniġġjar u s-separazzjoni tal-iskart.

Dan juri biċ-ċar li l-Gvern qed jaddotta politika li qed toħloq aktar problemi milli soluzzjonijiet.