Futbol Sport

Rebħa minima għal Juventus fuq Lecce

(Ritratt: EPA)

Rebħa minima ta’ 1-0 għal Juventus fuq Lecce biex b’hekk saħħew posthom fit-tieni post tal-klassifika bi 13-il punt. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-57 minuta meta Adrien Rabiot għadda lejn Arkidusz Milik li xeħet fix-xibka għal 1-0. Lejn tmiem il-partita tkeċċa Mohammed Kaba għal Lecce li kien fuq il-bank tas-sostituti.

Ilbieraħ: Juventus v Lecce 1-0
Illum: Cagliari v Milan 6.30pm, Empoli v Salernitana 6.30pm, Verona v Atalanta 6.30pm, Inter v Sassuolo 8.45pm, Lazio v Torino 8.45pm, Napoli v Udinese 8.45pm