Żewġ aħwa tal-imprenditur ta’ Paceville “Lilu King” mixlija li pprovaw jinfluenzaw xhud ma aġġixxewx bl-istess mod fuq każ li pprovaw jinfluenzaw xhud waqt il-proċeduri fil-każ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty (“Lilu King) li qed jiġi mixli b’ħasil ta’ flus.
Mohamed Ali Ahmed Massarati instab ħati u ġie kundannat 24 xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin bil-Qorti iżda tgħid li r-reat ma kienx wieħed aggravat minħabba li ma sar l-ebda theddid fil-konfront ta’ xhud. Ahmed Massarati instab ħati wkoll li sar reċidiv.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ma sabitx lil Mahmoud Mustafa Mohammed Albadah ħati kemm li pprova jikkorrompi xhud kif ukoll li sa reċediv. Huma kienu ġew arrestati fil-kurituri tal-qrati, minuti wara li xhud fil-każ ta’ ħuhom kien sostna li ppruvaw jinfluwenzaw ix-xhieda tiegħu.
Mohaned Ali Ahmed Massarati, ta’ 31 sena imwieled fil-Libja detentur ta’ passaport Olandiż u bi status ta’ ażil Malti, dak inhar kien ġie skortat lura l-qorti flimkien ma’ ħuh ta’ 26 sena Mahmoud Mustafa Mohammed Aldabah, imwieled ukoll fil-Libja.
L-Ispettur tal-Prosekuzzjoni Marshall Mallia kien spjega kif l-arresti ġew ikkawżati mix-xhieda ta’ xhud waqt is-sessjoni wara nofsinhar fil-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus li għaddejjin kontra ‘Lilu King’. Ix-xhud kien stqarr taħt ġurament li ż-żewġt aħwa kienu avviċinawh u qalulu biex ibiddel il-verżjoni tiegħu dwar vettura Range Rover. Allegatament qalu lix-xhud biex jikkonferma li r-Range Rover kien irreġistrat f’ismu u kien tiegħu.
Wara dik id-dikjarazzjoni, l-ispetturi tal-prosekuzzjoni Tonjoe Farrugia u Mark Anthony Mercieca kienu ħarġu barra awla 9, fejn kien qed jinstema’ l-każ ta’ Elmushraty, u sabu hemmhekk lil ħutu, ipproċedew minnufih bl-arrest tagħhom.
Mill-provi rriżulta li ix-xhud Amor Ben Tanfuz qal lill-Ispettur li meta kien barra l-awla ġie avviċinat mill-imputati sabiex jgħid li l-vetturi hija tiegħu u li kien ħallasha hu. Tanfuz kien qalilhom li ma setax jagħmel dan għaliex kien diġa’ semma li l-vettura ma kienitx tiegħu iżda pero kien minnu li hi reġistrata fuq ismu u anke kien hemm diversi multi fuq l-istess vetturi.
Tanfuz kien ikkonferma li kien kellmu Mohammed, fejn kien ċempillu u ried ikellmu. Kien iltaqa’ miegħu ġewwa l-Valletta Waterfront fejn kien qallu sabiex jgħid li l-vettura kienet tiegħu u li qallu li ma setax jagħmel dan.
Tenna li hu minnu l-vettura kienet reġistrata fuq ismu imma ma kienx hu li xtraha. Mix-xhieda tiegħu kien dejjem Mohammed li kellmu waqt li l-imputat l-ieħor qatt ma kellmu fuq il-vettura,
Fl-istess xhieda tiegħu qal li hu xtaq il-protezzjoni għalih u għall-familja għax kien qed jibża’ minnhom iżda dejjem qalilhom li ma setax jgħid dak li rieduh jgħid fuq il-vettura. Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li Tanfuz fix-xhieda tiegħu qatt ma semma’ li kien hemm xi theddid fil-konfront tiegħu, jew xi wegħdi oħra.
Ingħad ukoll mill-Qorti li huwa stat ta’ fatt li mhux kontestat, li l-imputati iltaqgħu ma’ Tanfuz, u li hu aġixxa mill-ewwel. Għaldaqstant irriżulta li ma kienx hemm biża’ jew wegħdi fuq dan il-każ. Il-Qorti qalet li minn dak li xehed Tanfuz, kien wieħed biss mill-imputati li kellmu u qallu kif għandu jixhed fuq il-każ.
Fil-fatt ikkonferma li kien ċempillu Moħammed sabiex jiltaqgħu. Huwa kkonferma wkoll bil-ġurament li l-imputat l-ieħor qatt ma kellmu. Għall-akkużati deheru l-Avukati Arthur Azzopardi, Charles Merceica u Jacob Magri.
//= $special ?>