Internazzjonali

Spanja: Sitwazzjoni kumplikata minn aspett governattiv

Alberto Núñez Feijóo, il-Kap tal-Konservattivi Spanjoli, jista’ jifforma Gvern ġdid proprju din il-ġimgħa – madankollu l-osservaturi politiċi f’Madrid jemmnu li t-tentattiv x’aktarx li jfalli minħabba n-nuqqas ta’ appoġġ għal Feijóo fil-Parlament.

Il-Partit Popolari ta’ Alberto Núñez Feijóo kien rebaħ l-aktar voti fl-elezzjoni nazzjonali tat-23 ta’ Lulju u meta wara l-vot, il-partiti kollha Spanjoli kienu baqgħu ‘il bogħod sew minn maġġoranza assoluta u f’sitwazzjoni li kumplikat id-direzzjoni tal-pajjiż li qed jiffaċċja l-isfidi notevoli,

Jekk – bħalma hu mistenni —  ifalli t-tentattiv ta’ Feijóo biex jifforma Gvern, Pedro Sanchez, li xhur ilu kien il-Prim Ministru Soċjalista ta’ Spanja, se jkollu ċ-ċans biex jgħaqqad Amminsitrazzjoni ġdida u, b’konsegwenza ta’ dan, ikompli fil-poter.

Madankollu u f’każ li jingħata l-opportunità, Sanchez kapaċi jsibha diffiċli ħafna biex jikseb l-appoġġ tal-partiti tax-xellug u s-separatisti biex imexxi Gvern ta’ koalizzjoni. Fl-istess ħin, it-tentattiv potenzjali ta’ Sanchez kapaċi jiddependi wkoll fuq il-partiti li jirrappreżentaw lir-rejuni partikulari ta’ Spanja