Rachel Mifsud, li sal-istaġun li għadda kienet tilgħab ma’ Alpha TTK ingħaqdet ma’ Stade Clermontois Tennisdetable fi Franza għall-istaġun 2023/24.
Mifsud se tkun qed tgħix fi Franza filwaqt li titħarreġ full-time u tikkompeti fil-Kampjonat u kompetizzjonijiet oħra mat-tim Franċiż.
Nhar is-Sibt li għadda, Mifsud iddebbutat fi Franza fejn fil-kategorija tas-singles rebħet żewġ logħbiet (3-1, 3-0) u sofriet telfa waħda (2-3).
Fid-doubles Rachel Mifsud flimkien ma’ Maxim Audic għelbu lill-avversarji tagħhom 3-1
Bħala tim, Stade Clermontois Tennisdetable rebħu 11-3 kontra TT Castelpontin 2.
Ta’ min jgħid li Rachel Mifsud hija l-aktar plejer fit-tim tagħha li tinsab ‘il fuq fir-rankings, b’1,300 punt.
