Lokali

ARA: Ajruplan privat joħroġ mill-mitjar tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Ajruplan li kellu jtir mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn Benghazi spiċċa ħareġ mill-mitjar u daħal fil-ħaxix mal-ġenb.

L-ajurplan kellu jitlaq minn pajjiżna fid-9 am u jasal għad-destinazzjoni tiegħu għall-ħabta tal-10:50 am. Din it-titjira ġiet ikkanċellata wara dan l-inċident.

Fortunatament, l-ebda persuna ma sofriet minn xi ġrieħi, b’uħud mit-titjiriet skedati fl-istess ħin kellhom jiġu posposti bi ftit ħin sakemm l-ajruplan inħareġ lura għal fuq il-mitjar.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

L-ajurplan, 9H-CTG DH8A, hu rreġistrat Malta.