L-Erbgħa 27 ta’ Settembru mmarka l-bidu ta’ sena skolastika ġdida għal bosta studenti, hekk kif fetħu l-bibien tal-iskejjel kollha tal-Istat.

Il-fuq minn 28,000 student u studenta mifruxa mill-ewwel sena tal-Primarja sal-ħdax -il sena tas-Sekondarja rritornaw fuq il-bankijiet tal-iskejjel tal-Gvern, wara li jumejn qabel irritornaw fil-post tax-xogħol 7,712 l-għalliema.

Intant il-Partit Nazzjonalista, awgura sena skolastika pożittiva, inklussiva u kreattiva, waqt li Justin Schembri, Kelliem għall-Edukazzjoni u s-Snajja’ qal li l-edukazzjoni m’għandiex tibqa’ biss marbuta mal-esperjenza akkademika, iżda trid tkun dejjem aktar esperjenza li twassal ‘il quddiem lil dawk li jridu ujistgħu jaslu. Madanakollu, Schembri żied jghid li, kull rotta alternattiva u applikata għandha tkun żviluppata aktar biex kulhadd jikseb il-ħiliet essenzjali.
