Lokali

Għaddas fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà fl-inħawi ta’ Ras il-Ħobż

Illum, għall-ħabta tas-1:45 am bugħaddas spiċċa jissielet għal ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar fl-inħawi ta’ Ras il-Ħobż, f’Għajnsielem.

Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex marru minnufih fil-post fejn sabu lill-bugħaddas; Ġermaniż ta’ 53 sena, fuq l-art wara li ttella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu.

Huwa mill-ewwel beda jingħata l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-isptar għall-aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni serja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.