Andrè Muscat
BIRKIRKARA………. 1
VALLETTA……………1
Birkirkara : M. Zapytowski, D. Mariani, J. Pajovic, A. Queiroz de Jesus (M. Maia 89’), Y.Yankman, P. Mbong (A. Ciolacu 69’), K. Zammit, A. Satariano, E. Manuel Pena Beltre (N. Cross 16’), S. Zibo, A. Diaktre
Valletta : J. Galea, JR. Bolanos (A. Neil Micallef 31’), E. Ruiz, O. Barrientos, A. Ferraris ( A. Quintero 54’), S. Dimech (L. Susnjara 69’), F. Falcone, B. Paiber, V. Luiz Prestes, J. Vega, J. Da Conceicao (E. Garba David 69’)
Imwissija: P. Mbong 10’ (B), A. Satariano 18’ (B), M. Zapytowski 60’ (B), V. Luiz Prestes 62’ (V), A. Ciolacu 70’ (B), K. Zammit 86’ (B), A. Quintero 86’(V)
Skorjaw: P.Mbong 21’ (B) F.Falcone 91’ (V)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Mark Ciantar
BOV Plejer tal-Logħba: Enzo Ruiz (Valletta)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Paul Mbong (Birkirkara)
Meta deher li 3 punti sejrin lejn il-Wied, fl-aħħar minuti tal-partita l-Beltin kellhom pjanijiet oħra u qasmu l-punti ma’ Birkirkara.
Żball ta’ Juan Ramires Bolans fil-21 minuta, fejn naqqas milli jevita il-periklu viċin il-kaxxa l-kbira, sab lil Alex Satariano japprofita minn dan l-iżball, il-Kalkariż seraq il-ballun avanza fil-kaxxa l-kbira qasam lejn Mbong li waħdu quddiem il-lasta Beltija ma żbaljax. B’hekk l-Istripes marru minn fuq fl-ewwelazzjoni tal-partita. Mat-tisfira ta’ Ismael Barbara għaltmiem l-ewwel taqsima it-team tal-Wied daħal jistrieħ b’vantaġġ minimu ta’ 1-0, fl-unika azzjoni perikoluża tul din it-taqsima.
Valletta ħarġu għat-tieni taqsima fuq l-offernsiva sabiex jippruvaw iġibu draw, meta fid-49 minuta Paiber prova xutt minn barra l-kaxxa, fejn ra x-xutt tiegħu jagħdi jħakek mill-minduda. Fil-75 minuta l-plejer internazzjonali Malti Alex Satariano seta għalaq il-logħba, meta waħdu quddiem il-lasta tefa’ l-ballun għoli mill-lasta Beltija. Hekk kif il-logħba dehret li kienet se tintemm favur il-Kalkariżi, Federico Falcone b’daqqa ta’ ras stupenda fil-91 minuta jġib id-draw għal Beltin.
F’logħba nieqsa mill-azzjonijiet b’diversi żbalji miż-żewġ timijiet, it-timijiet rispettivi ħarġu mill-ground b’punt kull wieħed. Kemm il-Belt kif ukoll Birkirkara jekk irridu jkunu fost l-isfidanti għall-kampjonat irridu juru logħob aħjar.
