Wara li għal snin sħaħ il-Gvern stqarr li t-traffiku huwa perċizzjoni, issa il-Kap Eżekuttiv ta’ Trasport Malta qed jissuġġerixxi lin-nies sabiex joħorġu fit-toroq “aktar tard”. Dan sabiex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq tagħna.
Permezz ta’ filmat li ppubblika hu stess fuq il-media soċjali, il-Kap Eżekuttiv Jonathan Borg appella lin-nies biex fejn hu possibbli jużaw it-toroq aktar tard fil-ġurnata filwaqt li s-sewwieqa għandhom jagħtu prijorità lit-trasport tal-iskejjel.
Apparti minn hekk, is-CEO ta’ Transport Malta issuġġerixxa biex fl-ewwel ftit sigħat ta’ filgħodu “inkunu aktar kawti”. Għalkemm ma speċifikax x’ried ifisser meta qal “l-ewwel ftit sigħat”, u kemm ikopri dan il-perijodu.
Fil-video li ppubblika, Jonathan Borg ammetta li pajjiżna qed jaffaċja livell ta’ konġestjoni u stress “ogħla min-normal”. Iżda qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed idur fuq il-pubbliku ħalli jinstabu s-soluzzjonijiet għall-problema tat-traffiku – li ilha snin meqjusa kriżi nazzjonali, u li qatt ma ġiet indirizzata minn naħa tal-Gvern.
//= $special ?>