Fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni fit-Tazza tad-Dinja tad-Darts, spikkat ir-rebħa fid-doubles tal-koppja Enrico Scerri u Tony Borg li għelbu lill-koppja Litwana Mindaugas Barauskas u Mindaugas Viskontas 4-2.
Albert Scerri u Norbert Attard iżda tilfu l-logħba tagħhom kontra d-Daniżi Benjamin Reus u Andreas Toft 4-2.
Fil-kategorija singles tan-nisa wara li Althea Ciantar ħadet walk-over kontra l-Indjana Jacqueline Sharon Kanna, hi sfat megħluba kontra l-Iżvediża Karol Pruim 4-1. Marconia Zammit Borg tilfet kontra l-Katalana Dolores Cascales 4-3 filwaqt li Liliana Abela tilfet 4-1 kontra Cindy Van der Borre tal-Belġju u Pauline Tonna tilfet kontra Fillandiża Kirsi Vilkainen 4-0.
Malta qed tieħu sehem f’dan il-logħob wara nuqqas ta’ 20 sena bit-tim tan-nisa li se jkun qed jipparteċipa għall-ewwel darba.
Intant it-Tnejn, fil-Padiljun tal-isport f’Esbjerg fid-Danimarka saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja organizzata mill-Federazzjoni Dinjija tad-Darts WDF. Għal din il-kompetizzjoni qed jkun hemm 49 pajjiż fosthom Malta.
Waqt din iċ-ċerimonja, iż-żewġ plejers nisa Althea Ciantar u Liliana Abela ġarrew il-bandiera Maltija. Malta se tieħu sehem kemm fil-kategorija tal-irġiel kif ukoll f’dik tan-nisa. Norbert Attard, Albert Scerri, Tony Borg u Enrico Scerri se jkunu qed jgħamlu parti mit-tim nazzjonali tal-irġiel filwaqt li Althea Ciantar, Liliana Abela, Marconia Zammit Borg u Pauline Tonna se jikkompetu fil-kategorija tan-nisa.
Sadanittant il-plejers kollha Maltin se jkunu fl-azzjoni kemm fis-singles kif ukoll fid-doubles. Malta qed tieħu sehem f’dan il-logħob wara nuqqas ta’ 20 sena bit-tim tan-nisa li se jkun qed jipparteċipa għall-ewwel darba.
//= $special ?>