Internazzjonali

Slovakkja: elezzjoni ta’ importanza għad-dinja kollha

L-elezzjoni fis-Slovakkja nhar is-Sibt li ġej qed tiġi deskritta bħala waħda mill-aktar elezzjonijiet importanti f’dawn l-aħħar 20 sena, hekk kif bosta qed iħassru l-vaganzi li kellhom pjanati sabiex ikunu jistgħu jivvutaw.

Osservaturi qegħdin jgħidu li s-Slovakkja tinsab polarizatta aktar minn qatt qabel, b’uħud ser jivutaw lil Partit taċ-Ċentru-Lemin għax ma jridux li s-Slovakja tispiċċa bħall-Ungerija. Fil-fatt, skont l-aħħar stħarriġ…il-Partit Liberali Progressiv imexxi min Michal Simecka qiegħed fil-vantaġġ bi 18% waqt li l-Partit Popolari jinsab eżatt warajh.

Madankollu kollox għadu jista’ jinbidel, hekk kif numru ta’ Kattoliċi konservattivi qedin ibiddlu l-preferenzi tagħhom.