Tal-anqas 100 persuna tilfu ħajjithom u madwar 150 persuna oħra qed isofru minn ġrieħi wara li nar ħakem tieġ li kien qed isir fl-Iraq.
Mhux magħruf x’wassal għal din it-traġejda. Iżda rapporti qed jgħidu li n-nar beda jinxtered mal-mument li bdew telgħin xi murtali.
Waqt li għexieren ma rnexxilhomx joħorġu mill-binja fil-ħin…. ħafna spiċċaw inqabdu fis-sala fejn in-nar kien qed jinxtered ma’ kullimkien. Qed jingħad ukoll li l-għarus Ivan Esho u l-għarusa Haneen kienu fost dawk li salvaw u qedin l-isptar jirċivu l-kura meħtieġa; minkejja li fil-bidu kien maħsub illi l-koppja tilfu ħajjithom fit-traġedja.
Id-Direttorat tad-difiża ċivili tal-Iraq qal li n-nirien waslu biex is-saqaf tas-salla jċedi u l-binja tikkrola, hekk kif il-materjal li intuża fil-kostruzzjoni kien wieħed inferjuri.
Minn naħa tiegħu l-President tal-Iraq fuq il-medja soċjali stqarr illi hu stess talab lil uffiċjali biex jimobiliżżaw l-isforzi kollha tagħom sabiex jgħinu lil dawk li mietu f’dan l-inċident.
In-numru eżatt ta’ vittmi għadu mhux konfermat pero skond id-Deputat Gvernatur ta’ Nineveh, 113 huma konfermati mejta. Dan in-numru possibilment ikompli jikber, hekk kif aktarx li kien hemm mal-1,300 persuna li attendew dan it-tieġ.
Dawk milquta kienu trasferiti għall-isptar ewlieni ta’ Qaraqosh, fejn ingħataw l-għajuna meħtieġa.
Madanakollu ġurnalist Iranjan qal li f’ Erbil, fejn numru ta’ midruba qed jiġu offruti l-għajnuna, ma kienx hemm biżejjed ambulanzi, infermieri kif ukoll tagħmir mediku.
Minn naħa tiegħu il-Ministru tal-Intern fl-Iran qal li ser issir ġustizja ma dawk kollha li kienu negliġenti, hekk kif din is-sala bla dubju ta’ xejn ma laħqitx il-kriterji neċċesarji tas-sigurta.
//= $special ?>