L-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tal-10:45 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ katavru fil-baħar fl-inħawi ta’ taħt il-Park tax-Xrobb l-Għaġin f’Delimara, limiti ta’ Marsaxlokk.
Il-Pulizija talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fil-post u tellgħu l-katavru permezz ta’ ħelikopter.
Il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.
Intant, permezz ta’ stqarrija l-Pulizija kkonfermat li l-katavru li nstab fil-baħar ġiet identifikata bħala mara ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxien.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.
//= $special ?>