Futbol Sport

Futbol Ingliż: Manchester City eliminati mil-League Cup

Manchester City kienu eliminati mil-League Cup wara li f’St. James Park kienu megħluba minn Newcastle United.

Il-goal li ta r-rebħa lil Newcastle kien skorjat minn Isak wara pass ta’ Joelinton fit-53 minuta.

Liverpool għaddew għal round ieħor b’rebħa f’Anfield kontra Leicester City 3-1.

Wara biss tliet minuti McAteer skorja għal Leicester, iżda kmieni fit-tieni taqsima kien Gakpo li kiseb id-draw għar-Reds.

Liverpool fil-vantaġġ fis-70 minuta permezz ta’ Szoboszlai u minuta mit-tmiem Diogo Jota għalaq definitivament il-logħba bit-tielet goal.

Arsenal ukoll avanzaw b’rebħa minima għand Brentford bil-goal tar-rebħa skorjat minn Nelson wara tmien minuti.

Xi ftit tan-nifs għal Pochettino fuq il-bank ta’ Chelsea, hekk kif il-Blues għelbu lil Brighton 1-0.

Il-goal rebbieħ ta’ Chelsea kien skorjat minn Jackson fil-51 minuta.

Rebħa mqanżħa għal West Ham li għelbu lil Lincoln barra minn darhom 1-0, bil-goal deċiżiv skorjat minn Soucek fis-70 minuta.

Riżultati

Aston Villa v Everton 1-2

Blackburn v Cardiff 5-2

Bournemouth v Stoke 2-0

Brentford v Arsenal 0-1

Chelsea v Brighton 1-0

Fulham v Norwich 2-1

Lincoln v West Ham 0-1

Liverpool v Leicester 3-1

Newcastle v Man City 1-0