Gary Carr huwa r-rebbieħ tat-tieni Euro Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association.
F’ finali mill-aktar interessanti u miftuħa għal kull riżultat Carr għeleb l-isifda ta’ Kevin Schembri bl-iskor ta’ 8-7. Wara li Gary Carr fetaħ vantaġġ sostanzjali ta’ 6-1 kien Kevin Schembri li iddomina t-tieni fazi u wara li għamel l-iskor ndaqs ta’ 7-7 kellu jkun l-aħħar frame li jiddeċiedi r-rebħ tat-titlu.
Schembri tilef okkażżjoni tad-deheb biex jagħlaq il-logħba biex Carr ħa vantaġġ u ghamel l-aħħar bocca sewda li tagħtu post fit-tim nazzjonali Malta li ser jirraprezenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Ewropa li għandhom issiru fl-Irlanda fi Frar 2024.
//= $special ?>