“Is-sistema edukattiva ta’ Malta hi waħda problematika”.
Dan esprimietu għalliema tal-iskola primarja, f’post fuq il-midja soċjali, hekk kif kellha titfa r-riżenja bħala għalliema. Dan hekk kif spjegat id-diffikultajiet moħbijin li jesperjenzaw kuljum l-għalliema fl-iskejjel Maltin.
Shanice, għalliema li taqsam l-esperjenzi tagħha fuq il-profili tagħha fuq il-midja soċjali, esprimiet id-diffikultà kbira li għaddiet minna meta ħadet din id-deċiżjoni iebsa li bidlitha ħajjitha.
Fil-video li tefgħat fuq TikTok, spjegat kif l-għalliema Maltin jgħaddu minn diffikultajiet moħbijin, hekk kif is-sistema edukattiva f’Malta hi waħda problematika għaliex il-paga ta’ kull xahar ma tirriflettix ix-xogħol kollu li jagħmlu, inkluż il-ħlas li jagħmlu minn buthom għar-riżorsi meħtieġa fil-klassi, u l-preparamenti li jsiru wara l-ħin tax-xogħol. Hi qalet ukoll kif il-kundizzjonijiet tal-għalliema mhumhiex xierqa.
Madanakollu, Shanice spjegat kemm kienet deċiżjoni diffiċli li titlaq, għaliex kellha dedikazzjoni kbira lejn ix-xogħol tagħha bħala għalliema – dan mhux biss minħabba s-snin ta’ studju li għamlet biex laħqet għalliema, iżda minħabba l-istudenti li għallmet għal dawn l-aħħar sitt snin li kienet f’din il-kariga.
//= $special ?>