Lokali

Id-dar storika tal-attur Joseph Calleia twaqqgħet biex tinbena guesthouse

Ritratt: Chris Sant Fournier Times of Malta

Dar storika f’San Ġiljan, li nbniet lura fis-seklu 19, twaqqggħet sabiex tinbena guesthouse ta’ ħames sulari li tinkludi ħanut fl-ewwel livell tagħha.

Din id-dar hija magħrufa għas-sid famuż tagħha , Joseph Calleia. Attur Malti li sab ruħu fi Broadway fl-Amerka. Hu sar famuż fl-irwol tiegħu fir-reċta Small Miracle fl-1934, fejn imbagħad ħadem f’Hollywood fil-films The Jungle Book u Golden Boy fost l-oħrajn.

Il-perit Edward Said, appella lill-awtoritajiet sabiex jinżamm il-bieb ta’ din id-dar f’żona ta’ konservazzjoni, f’Mrabat Street f’San Ġiljan. Hu kompla jgħid li d-dar kellha tkun attrazzjoni storika, iżda issa twaqqgħet. Dan minkejja li s-Supretendent tal-Wirt Kulturali oppona dan l-iżvilupp, hekk kif insista li tinżamm l-faċċata.

Madanakollu, id-dar storika kienet l-ewwel dar f’Malta li kien installat lift, air condition u intercom fiha, tant hu hekk li l-perit stqarr, li dawn iżidula l-valur arkittetoniku.

Il-permess ta’ dan l-iżvilupp nħareġ fl-2019 u jiskadi s-sena d-dieħla, bl-applikant ikun Ivan Azzopardi u l-perit Jesmond Mugliett.

Is-sit tal-iżvilupp jikkonsisti f’żewġ binjiet li jaqgħu f’żoni ta’ konservazzjoni, hekk kif il-pajsaġġ tat-triq u l-integrità viżwali huma ta’ prijorità. Huwa magħruf ukoll li nstabu oqbra u xelters mit-Tieni Gwerra Dinjija.

Din l-Art Ħelwa ukoll opponiet it-twaqqigħ ta’ binjiet li huma f’żona ta’ konservazzjoni.