Il-pulizija Spanjola qed tinvestiga każ ta’ korruzjoni li fih hemm involuti il-klabb ta’ Barcelona u l-kumitat tar-referees Spanjoli, fejn qed ikun allegat li l-klabb għadda flus lil xi referee.
Barcelona qed ikunu akkużati li xaħmu lil Jose Maria Enriquez Negreira, eks viċi President tal-kumitat tar-referees sabiex jittieħdu deċiżjonijiet favur il-klabb.
Il-UEFA wkoll qed tinvestiga dan il-każ fejn qed ikun allegat li Negreira tħallas is-somma ta’ 8.4 miljun ewro, bil-klabb ta’ Barcelona jinnega dawn l-akkużi.
//= $special ?>