Napoli ħarġu stqarrija uffiċjali dwar is-sitwazzjoni tal-klabb mal-attakkant Niġerjan Victor Osimhen. Fl-istqarrija Napoli għamlu referenza għal Tiktok li deher fuq il-kont uffiċjali ta’ Napoli, ta’ Osimhen ifalli penalty.
Napoli qalu li bl-ebda mod ma riedu joffendu lill-attakkant tagħhom iżda qatt ma talbu apoloġija pubblika lill-plejer. B’reazzjoni għal dan Osimhen neħħa kull ritratt li kellu bil-flokk ta’ Napoli minn fuq Instagram tiegħu u saħansitra l-aġent tiegħu hedded lill-klabb li jista’ jkun li tittieħed azzjoni legali.
Osimhen kien involut fil-partita tal-Erbgħa kontra Udinese fejn skorja wkoll fir-rebħa ta’ 4-1.
//= $special ?>