Lokali

Problemi ta’ Saħħa Mentali m’għandhomx ikunu stigmatizzati

Fi stqarrija maħruġa l-Ħamisa l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Promozzjoni tad-Drittijiet ta’ Persuni b’Disordni Mentali jinnota b’dispjaċir li filwaqt li ħafna mill-ġurnalisti juru sensittivita` kbira ma’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, kif ukoll mal-materja innifisha, madanakollu hemm xi ftit oħrajn li għadhom ma fehmux biżżejjed l-importanza u r-rwol li l-midja għandha biex tikkumbatti l-istigma minn fuq il-mard mentali.

Il-fatt li tkun persuna pubblika jew le, ma jnaqqas xejn mill-importanza li problemi ta’ saħħa mentali, veri jew fittizzji, ma jiġux ridikolati u stigmatizzati.

Għalhekk jappella lill-ġurnalisti kollha u lil dawk li għandhom sehem fil-qasam tal-midja sabiex jittrattaw dan is-suġġett b’diliġenza kbira.