Futbol Sport

Rebiet għal Marsaxlokk u Sliema Wanderers

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Marsaxlokk u Sliema Wanderers kisbu t-tieni rebħa tagħhom fejn komplew jikkonfermaw il-bidu tajjeb f’dan il-kampjonat.

Marsaxlokk għelbu lil Sirens 3-1 , grazzi għal tliet gowls skorjati fl-ewwel taqsima. Yuri Messias fetaħ l-iskor għax-Xlukkajri fit-22 minuta biex sitt minuti wara kien l-eks Mosta Sunday Akinbule li rdoppja għat-tim immexxi minn Winston Muscat. Marsaxlokk skorjaw it-tielet gowl fl-34 minuta minn Fernandinho.

Frank Boateng skorja l-gowl ta’ Sirens fil-65 minuta iżda dan ma kienx biżżejjed hekk kif l-iskor baqa’ dak ta’ 3-1 u tliet punti jmorru għand Marsaxlokk.

Għal Sliema Wanderers ir-rebħa fuq Mosta kienet it-tieni waħda konsekuttiva wara rebħa fi tmiem il-ġimgħa fuq Valletta.

Vito Plut reġà kien protagonista meta skorja doppjetta fid-49 u l-55 minuta, b’Gustavo Alcino jissiġilla r-rebħa Slimiża fid-89 minuta.

(Ritratt: Catriel Farrugia)