“Se nanalizzaw id-diskorsi ta’ Eddie f’kuntest letterarju”. Dan huwa l-ħsieb wara s-sessjonijiet ta’ informazzjoni u analiżi tal-lingwa użata mill-eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Eddie Fenech Adami – sessjonijiet li se jigu organizzati mill-AZAD.
Dawn l-erba’ sessjonijiet, li se jsiru minn James Aaron Ellul – l-awtur tal-ktieb ‘Il-Kelma ta’ Eddie Fenech Adami’ – se jitfgħu dawl fuq l-effetti tad-diskorsi politiċi ta’ Eddie Fenech Adami; laqgħat li matulhom se jkunu diskussi diversi temi, inkluż il-lingwaġġ figurattiv, il-qofol tematiku flimkien mal-impatt u l-użu tal-konkordanza.
Hu spjegalna li l-analiżi ta’ dawn id-diskorsi jistgħu ikunu ta’ għajnuna anke għal min qed jitħarreġ fil-public speeking illum il-ġurnata.
Il-ktieb ta’ James Aaron Ellul ġie mniedi fit-3 ta’ Marzu ta’ din is-sena – ktieb li jagħti ħarsa lejn id-diversi diskorsi li saru mill-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami, fejn żera t-tama b’diskorsi ta’ viżjoni u fiduċja.
Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni se jkunu qed isiru kull nhar ta’ Ġimgħa, mis-6 ta’ Ottubru mis-6pm sat-8pm, fl-AZAD fil-Belt Valletta.
Għal aktar informazzjoni ċempel fuq: 21220660/ 99471549 jew ibgħat email lil roderick.agius@azad.org.mt
//= $special ?>