Lokali

Silvio Grixti baqa’ jieħu l-konsulenzi – PN

Wara li lbieraħ l-uffiċjali tal-Partit Laburista rrifjutaw biex iwieġbu jekk Silvio Grixti għadux membru tal-Partit Laburista, illum indunaw li ilu sentejn li waqaf mis-sħubija tiegħu.

Stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista tgħid li tal-iskantament kif anke’ li kieku kellna nemmnuhom, jidher li mhux tajjeb biex jibqa’ membru tal-Partit, imma baqa’ tajjeb biex ikompli jieħu l-konsulenzi matul l-2022.

Surreali.

Kull ma jmur aktar qed ikun ta’ għajb li t-tmexxija tal-Partit Laburista qed titfa’ l-ħmieġ fuq ħaddieħor, iżda ma tweġibx għal dan is-serq u l-frodi li qajjem rabja kbira fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.