Żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Għajnsielem Għawdex weġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel f’ħajt bil-karozza.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tad-8:45 fi Triq Borg Għarib, Għajnsielem stess.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’ħajt kif ukoll fi tliet vetturi li kienu pparkjati.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>