Lokali

Belti fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari minn fuq scaffolding

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Belt Valletta qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari minn fuq scaffolding waqt li kien qed jaħdem f’bitħa f’residenza fi Triq Claire E. Engel, San Ġiljan.

Għall-ħabta tal-10 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.