Lokali

Diversi annimali jmutu wara nar f’Għawdex

Numru kbir ta’ annimali spiċċaw mietu filwaqt li kmamar tal-bdiewa, siġar, u prodotti agrikoli nqerdu kompletament wara nirien li ħakmu parti mdaqsa tat-Tramuntana tal-Qala’ fiz-zoni Ta’ Kelment u tal-barrieri tal-Ġebla tal-Qawwi tul Triq Andar ix-Xagħri sa Triq il-Mitħna.

Dawn in-nirien ħakmu iktar kmieni llum.

Fortunatament, ebda persuna ma weġġgħet kaġun ta’ dan in-nar – għalkemm ħafna nies esprimew dieqa kbira għall-fatt li mietu diversi annimali f’dawn l-għelieqi.