“M’għandhomx jiġru aktar”.
Hekk iddikjarat il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen meta dalgħodu indirizzat lill-ġurnalisti fin-Nadur. Dan bħala parti miż-żjara li qed tagħmel f’pajjiżna għas-summit Med-9.
Bil-Prim Ministru Robert Abela ħdejha, il-President tal-Kummissjoni spiċċat tirreferi hi stess għall-blackouts u l-qtugħ tad-dawl li kellna f’pajjiżna dan is-sajf. U spjegat li din kienet tema li iddiskutiet ma’ Abela waqt il-laqgħat li kellhom.
Pajjiżna fl-eqqel tas-sajf u waqt ġranet ta’ sħana rekord, esperjenza kriżi enormi fil-provvistà tad-dawl. Dan hekk kif, skont il-Ministru Miriam Dalli, saħnu l-cables tad-dawl u għalhekk il-pajjiż esperjenza jiem sħaħ ta’ qtugħ tad-dawl bla ebda soluzzjoni għalih.
Madanakollu, il-President Von Der Leyen, tkellmet ukoll fuq l-bżonn illi pajjiżna jinvesti f’aktar mezzi ta’ enerġija rinovabbli. Dan hekk kif spjegat li pajjiżna għandu l-abbiltà li nagħmlu użu mir-riżorsi naturali.
//= $special ?>