Il-Ġimgħa filgħaxija, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen fil-Belt Valletta.
F’din il-laqgha li saret f’Dar l-Ewropa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu diskussjoni ma’ Von der Leyen dwar diversi temi kurrenti li qed jiddominaw id-diskussjoni pubblika f’pajjizna.
Dawn jinkludu il-liberta tal-espressjoni f’pajjizna, l-impunita u l-ġurnalizmu ħieles – l-aktar dwar il-kawżi kontroversjali tal-iSLAPP.
Bernard Grech minn naħa tiegħu semma’ l-ħidma li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista sabiex iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ikollhom tassew ħajja aħjar f’pajjiżna.
Preżenti għal din il-laqgħa kienu l-kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.
//= $special ?>