Lokali

Ippublikata d-Dikjarazzjoni tas-summit tal-mexxejja ta’ Med9 li sar pajjiżna; Is-summit li jmiss se jkun qed isir f’Ċipru

Id-Dikjarazzjoni tal-10 summit tal-Med9 li sar f’Malta:

  1. Il-pajjiżi qablu dwar l-importanza ta’ Ewropa iktar stabbli, paċifika, u li tkompli tiżviluppa;
  2. Sar qbil li l-pajjiżi jżommu s-sigurtà u l-paċi bejn il-pajjiżi Ewropew, fid-dawl tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna;
  3. Appellaw lill-parlamenti biex iżidu n-negozjati dwar il-Patt għall-Immigrazzjoni u l-Ażil sabiex finalment jintlaħaq qbil dwar dan. Saħqu dwar il-bżonn li l-pajjiżi stati membri fl-UE jaħdmu flimkien għal Pjan t’Azzjoni fir-rigward tal-Immigrazzjoni;
  4. Qablu wkoll dwar il-bżonn li tiġi evalwata s-sitwazzjoni tat-tibdil fil-klima fiz-zona tal-Mediterran u l-mod kif dan qed jaffetwa lill-kwalità ta’ ħajja;
  5. Il-bżonn li l-għanijiet ewlenin tal-pajjiżi għandhom jibqgħu l-kontribut dirett għall-klima kollettiva tal-UE b’miri ta’ newtralità li għandhom jintlaħqu sas-sena 2050;
  6. Irrikonoxxu l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, u jemmnu wkoll li l-kapital uman huwa essenzjali għas-soċjetajiet u l-ekonomiji li jaffettwa direttament it-tkabbir, il-kompetittività u l-ekonomija tagħna reżiljenza;
  7. Il-ħtieġa li tingħata spinta lill-investimenti fit-teknoloġija fl-Ewropa;
  8. L-importanza li jiġu ndirizzati sfidi li qed jaffaċjaw is-setturi tal-avjazzjoni u l-marittimu;
  9. Ikkonfermaw mill-ġdid l-impenn sħiħ tagħhom lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropa tal-Balkani tal-Punent, il-Moldova, u l-Ukraina;
  10. Qbil li l-punti kollha diskussi fid-dikjarazzjoni jintlaħqu għall-benefiċċji ta’ kull ċittadin Ewropew.

Wieħed jista’ jsib id-Dikjarazzjoni sħiħa hawnhekk:

https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/PublishingImages/Pages/2023/09/29/pr231487/pr231487a.pdf

Dwar Med9:

Id-disa’ mexxejja ta’ Med9 jinsabu f’pajjiżna fejn mistennija li jiddiskutu diversi temi Ewropej, fosthom il-kriżi tal-immigrazzjoni.

F’pajjiżna, hawn il-mexxejja tal-Kroazja, Ċipru, Franza, Greċja, Italja, Portugal, Slovenja, u Segretarju tal-Istat għal Spanja.

Dawk l-iktar li mistennija jitkellmu dwar l-immigrazzjoni hemm il-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni u l-President Franċiż, Emmanuel Macron.

Dan is-summit huwa t-tieni darba li se jsir f’Malta, bl-ewwel darba li se jinkludi d-disa’ membri stati tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel darba li tlaqqa’ dan is-summit kien f’Ateni fl-2016 għall-pajjiżi li jinsabu fin-nofsinhar tal-Ewropa fejn l-ewwel darba dan is-summit kien jinkludi seba’ pajjiżi, b’Malta tkun waħda minnhom. Fl-2021 żdiedu Kroazja u Slovenja biex jiddiskutu f’dan is-summit.

Is-summit li jmiss li jkun qed isir f’Ċipru.

Għal dan is-summit jattendu l-President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-President tal-Kunsill Ewropew fejn jiġu diskussi temi li jaffetwaw lil dawn id-disa’ pajjiżi.

Iktar tard illejla mistennija tiġi ppublikata d-dikjarazzjoni la darba l-pajjiżi kollha jaslu fi qbil.

Intant, żewġ żgħażagħ marru fil-Belt Valletta jipprotesta kontra l-korruzzjoni li qed naraw f’pajjiżna, b’appell għall-Prim Ministru, Robert Abela biex jibda jinvestiga minnufih.