L-eks Ministru tal-Labour, Evarist Bartolo sejjaħ lill-partit tiegħu biex jaħtar bord ta’ viġilanza u dixxiplina ħalli jinvestiga r-racket tal-benefiċċji soċjali sabiex hekk tkun investigata kull persuna li possibilment għandha nvolviment f’dan l-iskandlu.
Dan hekk kif bħalissa qed jiġu nvestigati u jittellgħu l-Qorti biss il-‘ħut iż-żgħir’, b’dawk li ffalsifikaw il-firem u min kien il-moħħ wara dan ir-racket ta’ frodi għadhom lanqas biss ġew mitkelma mill-Pulizija.
Fit-Times, Evarist Bartolo issuġġerixxa li dawk kollha fil-Labour involuti f’dan l-iskandlu tal-beneficcji socjali jgħaddu dixxiplina – u jitressqu quddiem Bord, simili għal dak li kien diġa’ twaqqaf fit-tmeninijiet wara l-elezzjoni ġenerali …bil-President u l-Whip tal-Partit Laburista, Toni Abela u Wenzu Mintoff rispettivament, kienu rreżenjaw mill-pożizzjoni tagħhom wara li kienu ġew imkeċċijin mill-partit tagħhom stess.
U daqs tliet snin wara, l-eks Ministru Lorry Sant kien ġie sospiż b’deċiżjoni ta dan il-Bord.
Kien fl-2008 taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat meta kull min kien instab ħati minn dan il-bord jew kien taħt suspett …spicca inħeles minn kollox.
Issa, Evarist Bartolo qed jinsisti li llum il-ġurnata il-Partit Laburista għaddej minn perjodu fejn qed iħalli kollox għaddej qisu xejn mhu xejn. Kien għalhekk illi appella biex pajjiżna jkollu partit fil-Gvern nadif minn kull korruzzjoni.
Fil-Qorti, sa issa, tressqu biss uħud min-nies li ħadu dawn il-flejjes mill-beneficcji socjali. Iżda ħadd mill-hekk imsejħa “ħut il-kbir” għadu ma tressaq. U ħadd ma jaf fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Intant, hekk kif fi ftit xhur se jkun qed jintgħażel President ġdid għal terminu ta’ ħames snin, Evarist Bartolo qal li hemm bżonn li l-persuna li tintgħażel tkun persuna li qatt kellha x’taqsam mal-politika ….filwaqt li propona illi l-liġijiet tal-pajjiż jgħaddu minn taħt idejn l-uffiċċju tal-President.
//= $special ?>