Żewġt irġiel, it-tnejn li huma minn Ħal Tarxien, kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħu madwar żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun
Il-każ seħħ għal ħabta tal-1600hrs fi Triq il-Kanonku Bonnici fil-Ħamrun meta għal xi raġuni raġel ta’ 50 sena u ieħor ta’ 19-il sena, it-tnejn minn Ħal Tarxien waqgħu madwar żewġ sulari.
Fil-post ġie imsejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa ż-żewġ ħaddiema l-isptar għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>