Rebħa kruċjali għal New Zealand fil-mixja tagħhom lejn il-kwarti finali bl-iskor impressjonanti ta’ 96-17.
Il-All Blacks kienu kważi kkonfermati rebbieħa sal-ewwel taqsima b’vantaġġ ta’ 49-3 hekk kif kienu jafu li telfa tfisser li ma kienux jgħaddu għar-rawnd li jmiss.
New Zealand issa jinsabu fit-tieni post f’Pool A, u b’rebħa kontra l-Urugwaj il-ħamis li ġej huma jikkonfermaw ruħhom fil-kwarti finali, filwaqt li l-Italja jridu bilfors jegħlbu lill-ospitanti Franza sabiex jilħqu l-ewwel semi finali tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby.
//= $special ?>