Għal grupp ta’ tfal mill-Baħrija, il-vjaġġ lejn l-iskola sar kważi martirju – tant li dawn, din is-sena, qed jispiċċaw jitilqu mid-dar għall-ħabta tas-6:30am u jaslu lura fl-4pm.
Ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-tfal tagħhom (li jattendu skola tal-knisja) qed jispiċċaw jinġabru ma’ tfal oħra minn lokalitajiet varji. U dan huwa kollu frott tad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jawtorizzax l-użu ta’ vannijiet 8 seater.
Fil-fatt, din is-sena l-Gvern qed jawtorizza biss il-vannijiet 19 seater għall-iskema ta’ trasport b’xejn.
Minħabba f’hekk, it-tfal tal-Baħrija qed ikollhom jgħaddu minn Ħal Qormi u s-Siġġiewi qabel jaslu lura d-dar tard wara nofsinhar. Fil-fatt, vann partikolari qed jgħamel rotta li tibda mill-Birgu, lejn Ħaż-Żabbar, u tkompli lejn Ħal Qormi, is-Siġġiewi, ir-Rabat, il-Baħrija u Binġemma.
Intant, in vista tal-fatt illi oriġinarjament ma’ dan l-artiklu kien hemm ritratt ta’ Coop Services Ltd (il-Koperattiva tal-Minibuses) illi issa tneħħa, illi Coop Services Ltd preċiżat li mhix l-operatur illi tagħmel ir-rotta li dwarha jitratta dan l-artiklu u m’għandha assolutament ebda konnessjoni ma’ din ir-rotta”.
//= $special ?>