Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li hu u mara waqgħu fi stabbiliment f’Għawdex

Raġel ta’ 77 sena jinsab fil-periklu tal-mewt u mara ta’ 72 sena sofriet ġrieħi ħfief wara li waqgħu fi stabbiliment. Kemm il-mara kif ukoll ir-raġel huma residenti r-Rabat, Għawdex.

Il-każ seħħ għal ħabta tal-10:45, fi Triq ir-Repubblika ir-Rabat Għawdex, meta għal xi raġuni l-mara tilfet il-bilanċ waqt li kienet fuq l-escalator bil-konsegwenza li waqgħet b’lura fuq ir-raġel, li min-naħa tiegħu waqa’ u ħabat rasu.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanza li ħaddet lil anzjani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn inatgħu l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji filwaqt li l-mara ġiet ċċertifikata bi ġrieħi ħfief.


Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.