Lokali

Għeluq temporanju tal-Għassa tal-Imsida

L-Għassa tal-Imsida

L-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida se tingħalaq temporanjament mill-Ħadd l-1 ta’ Ottubru fis-18:00 minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni estensivi.


Is-servizzi offruti minn din l-għassa se jiġu rilokati għall-Għassa ta’ Tas-Sliema li tinsab fi Triq Manuel Dimech, Sliema.


F’każ li persuna jkollha bżonn l-assistenza tal-pulizija, iżda mhux emerġenza, jibqa’ irrakkomandat li ċċempel fuq in-numru 119 jew fuq in-numru 21224001.