Għawdex Lokali Qorti

Jinżamm arrestat b’rabta ma’ serqa minn stabbiliment f’Għawdex

Maċedonjan ta’ 42 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq flus kontanti minn stabbiliment tal-ikel f’Għawdex.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu sabiex jiġi identifikat l-allegat ħalliel li sussegwentament wassal għall-arrest tal-Maċedonjan b’rabta ma’ serqa minn stabbiliment li jinsab fi Triq iż-Żewwieqa, f’Għajnsielem.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Settembru li għadda hekk kif il-Pulizija ġew infurmati mis-sid tal-post li sab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti misruqa.

Matul il-jum tas-Sibt ir-raġel tressaq taħt arrest fil-Qorti t’Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech akkużat serq fost akkużi oħra.

Huma m’ammettiex l-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li nżamm arrestat.